Kultura Kunsilli Lokali Lokali

FILMAT: Medieval Mdina Festival mill-ġdid suċċess

Għal ħames sena konsekttiva it-toroq ta’ l-Mdina ospitaw il-Medieval Mdina Festival, attivita’ ta’ jumejn fil-belt kapitali l-antika ta’ Malta li fiha jispikkaw il-gruppi ta’ re-enactments, mużika Medjevali, Sbandieratori, ikel u xorb fosthom kċina Medjevali, wirjiet ta’ l-għasafar u anke żona għat-tfal.

Il-festival beda l-bieraħ u jiġi fi tmiemu llum. Matul dan il-festival il-bosta attrazzjonijiet storiċi fl-Mdina qegħdin joffru prezzijiet speċjali.

Sabiex din l-attivita’ tkun sueċċess il-Kunsill Lokali ta’ l-Mdina qiegħed jaħdem ma’ numru ta’ residenti, l-kommunita’ kummerċjali ta’ l-Mdina u anke numru ta’ dipartimenti tal-gvern.