Il-Liżar ta’ Turin, li ħafna Nsara jemmnu li huwa l-Liżar li fih kien ndiffen Ġesu’ Kristu ser ikun espost għal pubbliku wara li ilu ma’ jkun espost għal ħames snin.
L-ewwel viżitaturi, li jeħtieġu jirriżervaw post, ser jaraw il-Liżar illum, bil-liżar jibqa’ miftuħ għal pubbliku sal-24 ta’ Ġunju. Gil-21 ta’ Ġunju ser ikun qiegħed iżur il-Kattidral ta’ San Ġwann Battista f’Turin Papa Franġisku.
Fl-2010 kienu ftit inqas minn tlett miljun ruħ dawk li raw il-Liżar ta’ Turin filwaqt li din id-darba huma diġa miljun dawk li nkitbu biex jarawh.
Il-Liżar ser ikun espost tnax il-siegħa kuljum f’kaxxa bi klima kkontrollata.
//= $special ?>