Kunsilli Lokali Lokali

Il-Partit Nazzjonalista b’żieda ta’ 14,000 vot fuq l-aħħar elezzjonijiet fl-istess lokalitajiet

Fl-Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, il-Partit Nazzjonalista qata’ d-distakk bin-nofs u għall-ewwel darba fl-istorja, il-Partit Nazzjonalista żied 14,000 vot fuq l-aħħar elezzjonijiet fl-istess lokalitajiet.

Fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali li saru f’nofs Malta, il-Partit Nazzjonalista żied 6 siġġijiet, minn 98 siġġu fl-2012 għal 104 siġġu din is-sena.

Waqt li l-Partit Laburista naqqas minn 128 kunsillier elett, għal 119-il kunsillier. Naqqas 9 siggijiet.

L-Alternattiva Demokratika għandha kunsillier wieħed, l-istess bħal tliet snin ilu, waqt li f’dawn l-elezzjonijiet ma kien elett ebda kandidat indipendenti.

Il-Partit Nazzjonalista żied siġġu f’B’Buġia, Ħ’Attard, Ħal Kirkop, Ħaż-Żebbuġ, San Ġiljan, San Lawrenz; Santa Luċija u San Pawl il-Baħar, fejn rebaħ mill-ġdid il-maġġoranza u fil-Mosta, fejn il-Partit Nazjzonalista kkonferma l-maġġoranza.

Minn naħa tiegħu, il-Partit Laburista naqqas 2 siġġijiet fil-Marsa, fejn minn 7 kunsillieri naqas għal 5, naqas siġġu f’B’Buġia, naqas b’siġġu f’Ħ’Attard, Ħal Kirkop, Ħaż-Żebbuġ, naqas b’siġġu fix-Xagħra, fiż-Żurrieq, f’San Ġiljan, f’San Lawrenz, Santa Luċija u naqas b’siġġu wkoll f’San Pawl il-Baħar.

Il-Partit Laburista żied siġġu fil-Furjana u l-Munxar u żied siġġu fil-Mosta minħabba li l-kunsill kiber minn 11 għal 13-il kunsillier.

B’hekk il-Partit Nazzjonalista żied il-Kunsillieri f’9 lokalitajiet, waqt li l-Partit Laburista naqqas il-kunsillieri fi 11-il lokalita.