Internazzjonali

Inkwiet dwar vjolenza fuq il-barranin fost il-wiegħdi tal-President

Il-President tal-Afrika t’Isfel, Jacob Zuma, żar kamp tar-refuġjati fil-belt ta’ Durban wara li nqalgħu aktar inċidenti vjolenti fil-konfont tal-barranin li qed jgħixu fil-pajjiż.

Zuma tkellem man-nies li sofrew mill-vjolenza xenofobika u sostna li impenja ruħu biex iwaqqaf l-aġir ostili li qal imur kontra l-valuri ta’ pajjiżu. Intant, uħud fil-folla urew id-disapprovazzjoni tagħhom għal Zuma fejn akkużawh li dam jaħsibha wisq biex jieħu l-azzjoni dovuta.

Inqatlu talanqas sitt persuni b’kaġun tal-attakki xenofobiċi ta’ Durban, bil-vjolenza qed tinfirex għal bnadi oħra tal-Afrika t’Isfel.

Sadanittant, l-aħħar rapporti qalu li ‘l fuq minn 300 persuna spiċċaw arrestati f’dan il-pajjiż b’konnessjoni mal-mewġa tal-vjolenza attwali kontra l-immigranti li ġejjin minn reġjuni oħra tal-Afrika.