Internazzjonali

L-ekonomija l-akbar issue fl-elezzjoni tal-Fillandja

Il-poplu Fillandiż ivvota, illum, fl-elezzjoni ġenerali fejn qed jittama li l-ekonomija tirkupra b’riżultat tal-vot. Dan meta l-Fillandja ilha l-aħħar snin tissielet mar-riċessjoni u l-istaġnar ekonomiku.

Il-poplu intant irid jagħżel bejn il-Prim Ministru Fillandiż, Alexander Stubb (ritratt), li qed imexxi l-Koalizzjoni Nazzjonali u l-eks negozjant, Juha Sipila, tal-Partit taċ-Ċentru.

Il-Fillandja bħalissa għandha qgħad ta’ 9.2 fil-mija u l-Gvern ta’ koalizzjoni Fillandiż, fl-aħħar snin, sabha diffiċli biex jixpuna r-riformi meħtieġa.

Minħabba din is-sitwazzjoni, il-Prim Ministru Stubb tilef mill-appoġġ tiegħu u l-aħħar stħarriġ kien qed jindika lil Sipila bħala l-favorit.

Juha Sipila hu miljunarju li sar sinjurun mill-industrija tal-IT u u qed iwiegħed li joħloq ‘il fuq minn 200,000 impjieg fil-Fillandja fuq perijodu ta’ għaxar snin.