Il-Papa Franġisku esprima n-niket profond tiegħu għal din it-traġedja u appella lill-komunita internazzjonali ħalli tieħu l-miżuri xierqa biex tevita traġedji simili fil-futur.
Hu qal li l-vittmi huma nisa u rġiel bħal ħaddieħor li batew l-agħar eċċessi tal-gwerra u li kienu qed ifittxu ħajja aħjar ‘il hinn minn pajjiżhom. Dan kien it-tieni appell tal-Papa b’riżq l-immigranti fi żmien 24 siegħa u wara li hu, nhar is-Sibt, appoġġja s-sejħa tal-Italja biex l-Unjoni Ewropea tintervjeni bl-iskop li ma tintilifx aktar ħajja fuq il-baħar.
//= $special ?>