Kunsilli Lokali Lokali

FILMAT: Maġġoranza Nazzjonalista f’San Pawl il-Baħar

Ftit tal-minuti ilu għadu kemm ħareġ r-riżultat li juri li l-Partit Nazzjonalista kiseb il-maġġoranza fil-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar.

Il-Partit Nazzjonalista ser ikollu 7 kunsilliera b’Graziella Galea bħala Sindku u David Thake bħala Viċi Sindku.

Fl-aħħar tlett snin il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar kellu maġġoranza tal-Partit Laburista.

Aktar kmieni…
Il-lokalita’ ta’ San Pawl il-Baħar kienet waħda li f’dawn l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali kienet missielta sa’ mill-ewwel jum. Wara li l-għadd tal-voti ilu aktar minn ġurnata li beda l-għadd tal-voti f’San Pawl il-Baħar issa wasal fi stadju delikat.

Id-differenza bejn il-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista hija waħda żgħira u għalhekk il-wirt tal-voti ser ikun kruċjali sabiex jiġi determinat min ser ikollu l-maġġoranza f’dan il-kunsill li fl-aħħar tlett snin kellu maġġoranza Laburista.

L-aħħar indikazzjonijiet jgħidu li fil-ħin li ġej mistenni jiġi eliminat il-kandidat ta’ l-Alternattiva Demokratika bil-wirt ta’ dawn il-voti x’aktarx jiddetermina jekk il-Kunsill ikunx maġġoranza ta’ 7-6 favur il-PN jew il-PL.

MaltaRightNow.com, Radio 101 u Net Television iżommukom aġġornati bl-aħħar aħbarijiet