Lokali

Tifla ta’ 9 snin tittajjar fil-Birgu

Tifla ta’ 9 snin minn Ħaż-Żabbar sofriet ġrieħi gravi wara li ttajret minn vettura tat-tip Renault Captur misjuqa minn raġel ta’ 38 sena mill-Mellieħa.

L-inċident seħħ fis-18:00 f’Xatt ir-Risq fil-Birgu.

It-tifla ttieħdet lejn l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza. Fuq il-post waslu wkoll Pulizija mill-Għassa ta’ Bormla kif ukoll dawk mis-sezzjoni tat-traffiku.

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.