Lokali

Traġedja fil-Mediterran : Jinġiebu Malta 24 katavru – in-numru tal-vittmi jista’ jaqbeż id-900, fosthom 50 tifel u tifla

L-aħħar aħbarijiet …

Ftit qabel it-8am wasal f’Boiler Wharf fil-Port il-Kbir, bastiment Taljan li ġab lejn Malta 24 kadavru li tilfu ħajjithom waqt dik li qed tissejjaħ bħala l-akbar traġedja fil-Mediterran.  Minn ħin ghal ieħor, mistenni li jitnizzlu mill-basitiment dawn il-kadavri.

Mill-informazzjoni li waslitilna mill-post fejn hemm il-kollega Joe Mikallef, fuq il-bastiment hemm ukoll 28 immigrant li ġew salvati u li se jiġu eżaminati għal raġunijiet ta’ saħħa biex ikomplu bil-vjaġġ tagħhom lejn l-Italja.

Mill-informazzjoni li għandu maltarightnow.com ftit tal-ħin ilu wassal wassal fil-post l-Ammbaxxatur Taljan għal Malta u l-Kummssarju tal-Pulizija. Fil-post mistenni jasal ukoll Maġistrat tal-Għassa.

katavri immigranti

2015-04-20 08-53-55 +02002015-04-20 07-58-15 +0200

Ritratt : Martin Agius – jidhru l-boroz suwed li fihom hemm il-katavri tal-immigranti

 Aktar kmieni …

Dan il-portal għandu informazzjoni li fis-7:15 ta’ dalgħodu se jasal Malta bastiment navali Taljani li abbord tiegħu hemm 24 katavru ta’ immigranti nvoluti fit-traġedja li seħħet ilbieraħ fl-ibħra lil hinn minn Lampedusa.

Il-bastiment bil-katavri se jiddaħħal f’Boiler Wharf l-Isla.

Jidher li il-katavri se jitwaqqfu Malta u l-bastiment mistenni jibqa’ sejjer Sqallija bil-bqija tal-immigranti li kienu salvati. Jidher li sa issa kienu salvati 30 immigrant u ttellgħu wkoll 24 katavru.

It-traġedja seħħet fis-sigħat bikrin tal-Ħadd filgħodu meta dgħajsa b’madwar 900 immigrant inqalbet lil hinn minn Lampedusa. L-istampa barranija qed tirreferi għal din it-traġedja bħala waħda mill-ikbar traġedji ta’ dan it-tip.

Fi zvilupp iehor, fil-Lussemburgu mistennija jiltaqgħu il-Ministri tal-Intern u l-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea biex jiddiskutu din il-kwistjoni.

11169021_10153158161760272_644763855_n

2015-04-20 07-46-24 +0200

guardia costiera

screenshot-www.skylinewebcams.com 2015-04-20 07-43-44

Segwi l-wasla tal-bastiment Taljan permezz ta’ dan il-link (Skyline Webcams),

screenshot-www.skylinewebcams.com 2015-04-20 07-16-20

Il-Port il-Kbir, Valletta Waterfront

Il-Breakwater tal-Port il-Kbir

L-Isla