Żagħżugħ li fi tmiem il-ġimgħa li għadda kien San Ġiljan spiċċa bi ħsara fil-karozza tiegħu wara li nqala’ argument li ma kellux x’jaqsam fih.
Jirriżulta li kollox seħħ ftit qabel is-1:00 tal-Ħadd filgħodu, fi Triq Santu Wistin, f’Paceville.
Kif jidher f’filmati tas-sigurta’, għal xi raġuni żviluppa argument bejn grupp ta’ żgħażagħ, li eskala u wassal biex wieħed miż-żgħażagħ spiċċa żbilanċjat u mbuttat fuq vettura ta’ lewn iswed.
Kif jidher fir-ritratt, il-vettura spiċċat b’għafsa fil-parti ta’ fuq ir-rota ta’ quddiem.
Ftit wara, fl-istess filmati tas-sigurta’ jidhru żewġ żgħażagħ li kienu nvoluti fl-argument jaħarbu mill-post.
Dwar dan il-każ sar rapport lill-Pulizija fl-Għassa ta’ San Ġiljan. Min għandu xi nformazzjoni hu mitlub jgħaddiha, anke’ b’mod kunfidenzjali.
F’dak il-ħin fl-istess triq kienu għaddejjin xi nies li jistgħu jgħinu lill-Pulizija fl-investigazzjoni tagħhom.
//= $special ?>