It-Team Manager ta’ Hibernians Jeffrey Farrugia, ‘Il-Vinċ’, waqt il-programm Replay Ikompli fuq Radio 101 ma ċaħadx ix-xnigħat li l-klabb irnexxielu jilħaq ftehim mal-kumpanija Gazprom bħala sponsor għall-istaġun li ġej.
Gazprom hi l-ikbar kumpanija internazzjonali tal-gass li fis-sena tirreġistra dħul ta’ iktar minn €330 biljun u li hi meqjusa bħala waħda mill-ikbar kumpaniji fid-dinja.
Fost l-oħrajn Gazprom hi l-kumpanija li tmexxi l-klabb ta’ Zenith St. Petersburg, kif ukoll sponsor ta’ Schalke 04 fil-Ġermanja, Red Star Belgrade fis-Sebja, Chelsea fl-Ingilterra kif ukoll tal-UEFA Champions League u UEFA Super Cup għal tliet staġuni sal-2015.
Iktar aħbarijiet sportivi lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>
