Il-faċċata tal-ġazzetti dalgħodu huma dominati mill-aħbar dwar it-traġedja ta’ mijiet ta’ immigranti li għerqu fil-Mediterran u dwar ir-riżultat tal-Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali
In-Nazzjon tirraporta li mietu mijiet ta’ immigranti fi traġedja fil-Mediterran. Tirraporta wkoll id-diskors tal-Kap tal-PN li sar il-bieraħ filgħodu fis-Siġġiewi.
The Times of Malta tirraporta li se jkun hemm diskussjonijiet bejn il-Prim Ministru Taljan u l-Prim Ministru Malti fuq l-immigrazzjoni. Tirraporta wkoll ir-riżultat tal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li nterbaħ lura mill-PN.
L-Orrizzont bi storja li qed issir pressjoni minn min iħaddem biex Vince Farrugia jirtira minn kariga li għadu jokkupa fil-fora Ewropej wara insistenza li jiġi akkużat b’reati serji.
The Malta Independent tirraporta t-traġedja umana fil-Mediterran kif ukoll ir-rebħiet li ċċelebraw il-partiti fl-Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.
//= $special ?>