Ftit tal-ħin ilu għadha kemm spiċċat konferenza tal-aħbarijiet konġunta bejn il-Prim Ministru Taljan, Matteo Renzi u l-Prim Ministru Malti, Joseph Muscat.
Bħalissa l-Prim Ministru Malti qiegħed l-Italja, Ruma, biex ma’ Matteo Renzi jiddiskutu l-kriżi tal-immigrazzjoni rregolari li qed ikunu Malta u l-Italja l-aktar li qed jerfgħu il-piż tagħha.
Fid-Diskors tiegħu il-Prim Ministru taljan qal li s-sitwazzjoni hhi aktar ikkumplikata minn kemm wieħed jaħseb dan għaliex l-Ewropa ma tistax tikkontrolla xibka kbira ta’ traffikanti minn naha tal-Afrika ta’ Fuq. Il-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi qal li Malta, li hi l-iżgħar pajjiż fl-Unjoni Ewropea, bil-limitazzjonijiet kollha tagħha , bħal l-Italja qed toħroġ għonqa u qed tagħmel minn kollox biex issalva l-ħajjiet. Kien hawn fejn irrefera għal pajjiżna bħala pajjiż żgħir b’qalb kbira.
Minn naħa tiegħu l-Prim Ministru Malti qal li l-Italja u Malta ma jistgħux huma biss waħedhom jibqgħu jerfgħu il-piż ta’ din il-kriżi għaliex sakemm il-komunita’ internazzjonali u l-Unjoni Ewropea qed isibu strateġija qed imutu mijiet ta’ nies.
Aktar kmieni …
Il-Prim Ministru Malti Joseph Muscat bħalissa qiegħed Ruma, f’Palazzo Ghigi, biex flimkien mal-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi, jiddiskuti l-problema tal-Immigrazzjoni rregolari.
Matul il-laqgħa, Joseph Muscat flimkien ma’ Matteo Renzi qed jiddiskuti kif fil-Libja jista’ jkun hemm aktar stabbilita’ u sigurta’ biex l-influss tal-immigranti rregolari jieqaf.
Aktar kmieni matul il-ġurnata Joseph Muscat għadda l-kummenti tiegħu lis-CNN fejn tkellem dwar kif il-komunita internazzjonali partikolarment l-Unjoni Ewropea għandha taġixxi llum qabel għada.
//= $special ?>