Ewropa

Isejjaħ għal minuta silenzju waqt konferenza Ewropea

Id-Deputat Nazzjonalista u Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Familja, id-Drittijiet tat-Tfal, l-Anzjani u l-Persuni b’Diżabbiltà Robert Cutajar jinsab f’Riga, fil-Latvja fejn, f’isem l- Oppożizzjoni, qed jattendi għall-konferenza li qed torganizza l-presidenza Latvjana. Din il-konferenza qed issir fil-Parlament tal-Latvja.

Ftit tal-ħin waqt din l-istess konferenza, hu talab liċ-Chairman li qed imexxi l-konferenza sabiex tinżamm minuta silenzju b’rispett lejn dawk li qed imutu fil-Baħar Mediterran.

Talab ukoll l-appoġġ tad-delegazzjoni Taljana, kif ukoll tad-delegati preżenti, minn madwar l-Ewropa, biex waqt li qed jiddiskutu suġġetti varji fl-Unjoni Ewropea, daqstant ieħor huwa importanti li jifhmu eżatt x qed jiġri fil-Baħar Mediterran.

F’isem il-Gvern, għal din il-konferenza, qed jattendi l-Onor Anthony Agius Decelis.