Lokali

Jingħaqdu flimkien għal minuta silenzju b’tifkira tal-immigranti

It-traġedji tal-aħħar sigħat, b’mijiet ta’ immigranti li għerqu fil-baħar Mediterran waqt li kienu qed jippruvaw jaqsmu lejn l-Ewropa, misset lil ħafna.

Kien għalhekk li grupp ta’ persuni fuq Facebook ingħaqdu flimkien u bdew imexxu l-kelma dwar minuta silenzju b’tifkira għall-irġiel, nisa u tfal li tilfu ħajjithom.

Din l-inizjattiva se ssir għada, it-Tlieta 21 ta’ April, fid-9 ta’ filgħodu, b’numru ta’ persuni fuq Facebook jappellaw biex persuni oħra jieqfu għal minuta u jiftakru f’dawn il-vittmi.