Il-Ħadd li għadda, ir-residenti ta’ Marsaxlokk u l-madwar għal darb’oħra kellhom jgħixu esperjenza oħra xejn sabiħa.
Ritratti li waslu għand dan is-sit juru kif mill-power station ta’ Delimara l-Ħadd li għadda għal ħin twil dehret ħierġa daħna safra.
Jirriżulta li dan seħħ hekk kif fil-power station inħaraq xi materjal b’livell għoli ta’ kubrit, li jħalli daħna ta’ kulur isfar kif jidher fir-ritratti.
Din ix-xena qajmet tħassib fost ir-residenti, tant li kienu ħafna dawk li bagħtu jistaqsu x’qed jiġri u għaliex għal darb’oħra l-inħawi tagħhom spiċċaw f’sitwazzjoni bħal din.
//= $special ?>