Siti tal-aħbarijiet fl-Italja, ewlieni fosthom il-portal tal-aħbarijiet ta’ La Repubblica, faħħru l-ġest ta’ diversi Maltin li matul il-ġurnata ordnaw bukketti ta’ fjuri għall-Kamra Mortwarja fl-Isptar Mater Dei.
Dan wara li kmieni t-Tnejn filgħodu f’Malta nġiebu 24 katavru ta’ immigranti li mietu mgħarrqa fl-aħħar sigħat meta dgħajsa b’mijiet abbord inqalbet fil-Mediterran.
F’messaġġ qasir taħt serje ta’ ritratti, La Republica qalet li b’dan il-mod il-Maltin xtaqu jfakkru l-vittmi ta’ dan in-nawfraġju.
//= $special ?>