Internazzjonali

SPANJA: Qtil b’qaws fi skola

Għalliem nqatel minn student armat b’qaws fi skola f’Barċellona.
Il-Pulizija arrestaw tifel ta’ 13-il sena b’rabta mal-qtil fl-iskola Instituto Joan Foster.
Fl-attakk kien hemm erba’ persuni oħra li ndarbu.
Skont xhieda, hekk kif bdiet l-iskola, it-tifel mar jistaqsi fejn kienu l-għalliema u bintha, li hi studenta fil-klassi ta’ ommha.
Jidher li dan daħal fil-klassi tal-omm u l-bint u hekk kif kien hemm ħafna twerżiq għaliex jidher li ħebb għalihom, għalliem li kien fil-qrib daħal jara x’kien qed jiġri u hekk kif daħal fil-klassi, inqatel bi vleġġa.
Din hi l-ewwel darba li student fi skola Spanjola qatel għalliem. Jekk hu minnu li t-tifel għandu 13-il sena, mhux se jittieħdu passi kontrih peress li fil-liġi Spanjola, biex ikun jista’ jsir dan persuna trid tkun għalqet l-14-il sena.