Qorti fl-Eġittu kkundannat lill-eks-President Eġizzjan, Mohammed Morsi, għal 20 sena ħabs talli kien ħareġ direttivi għall-arrest u t-tortura ta’ dimostranti waqt li hu kien fil-poter.
Dan hu l-ewwel verdett tal-qorti fil-konfront ta’ Morsi mindu tqaċċat mill-Presidenza matul is-sajf tal-2013 u meta hu għad irid jiffaċċja aktar proċessi ġudizzjarji.
Kienet l-Armata tal-Eġittu li keċċiet lil Morsi mill-poter wara diversi dimostazzjonijiet tal-massa fit-toroq kontra l-amministrazzjoni tiegħu. Minn dak iż-żmien, l-awtoritajiet Eġizzjani ddikjaraw il-Moviment tal-Fratellanza Musulmana ta’ Morsi bħala entita illegali minbarra li arrestaw l-eluf tas-sostenituri tiegħu.
L-avukati ta’ Morsi qalu li se jappellaw mis-sentenza.
//= $special ?>