Tliet Sirjani ġew arrestati f’Ragusa wara li nstab li kienu qed jittraffikaw l-immigranti abbord yacht lussuż. It-tliet persuni kienu qed jivjaġġaw fuq l-istess yacht, u abbord kienu qed iġorru 99 persuna oħra.
Kull wieħed u waħda mill-immigranti ħallsu €8,500 għal dan il-vjaġġ lussuż u ngħataw ukoll materjal tas-salvataġġ. Fuq id-dgħajsa kien hemm ukoll ikel u xorb b’abbundanza. Fost l-immigranti, 23 tifel u tifla li ħallsu xi ħaġa inqas.
Il-persuni arrestati, Ahmmed Sabaji, ta’ 25 sena, Almotassem Billah Harroum, ta’ 31 sena u Moustafa Haj Slima, ta’ 29, huma esperjenzati sew fit-tbaħħir u ppruvaw jidħlu f’Ragusa bl-immigranti taparsi turisti sinjuri.
Madankollu l-yacht inqalatlu ħsara f’mutur tiegħu u waqaf f’nofs ta’ baħar. Kien għalhekk li fil-post intbagħad bastiment tal-merkanzija biex jagħti l-assistenza.
Kienu l-immigranti li ndikaw lit-tliet persuni, li nkixfu wkoll mis-selfies u ritratti li ġibdu matul il-vjaġġ.
//= $special ?>