Eksgwardjan tal-SS Nażista, magħruf bħala ‘l-Awditur ta’ Auschwitz’, ammetta li hu ‘moralment’ ħati dwar l-akkużi miġjuba kontra tiegħu waqt il-proċess tal-qorti li beda f’Lueneburg, fil-Ġermanja.
Oskar Groening, li għandu 93 sena, qed ikun akkużat dwar sehem fil-qtil ta’ mill-inqas 300,000 Lhudi fil-kamp tal-konċentrament ta’ Auschwitz (fil-Polonja). Waqt li fisser ir-rwol tiegħu li kien jinvolvi l-għadd tal-flus ikkonfiskati lill-priġunieri, Groening qal li hu kien ra b’għajnejh l-omiċidju tal-massa iżda ċaħad li qatt kellu sehem dirett fil-ġenoċidju.
Groening jista’ jeħel minn tlieta sa 15-il sena ħabs jekk jinstab ħati u l-proċess tiegħu mistenni jkun wieħed mill-aktar proċessi li jittrattaw id-delitti tal-gwerra min-Nażisti.
//= $special ?>