Iċ-Chairman tal-grupp tal-Partit Popolari Ewropew (PPE), Manfred Weber, appella lill-pajjiżi membri biex b’mod immedjat iżidu l-isforzi tagħhom fil-qasam tat-tiftix u s-salvataġġ u biex Frontex tkabbar il-programm tagħha biex tevita li fil-Mediterran iseħħu iktar imwiet.
L-Ewroparlamentari Weber madankollu saħaq li biex dan isir jeħtieġ li jkun hemm iktar fondi ddedikati għall-qasam tal-immigrazzjoni. Appella biex minbarra soluzzjonijiet li jkunu jistgħu jidħlu fis-seħħ b’mod immedjat, l-Ewropa tħares ukoll lejn il-konsegwenzi fit-tul tal-immigrazzjoni li se joffru sfidi fis-snin li iġejjin.
Weber ħeġġeġ biex jintlaħqu ftehim ma’ pajjiżi fl-Afrika ta’ Fuq. Insista li l-Ewropa għandha tgħin lil dawn il-pajjiżi bi flus u bl-esperjenza biex tgħinhom jiksbu l-kontroll u jżommu element ta’ sigurtà fil-fruntieri tagħhom.
//= $special ?>