Iċ-Chairman tal-Partit Popolari Ewropew fil-Parlament Ewropew Manfred Weber feraħ lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil għar-riżultat miksub fl-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali aktar kmieni dan ix-xahar.
F’kummenti minn Brussell, Manfred Weber spjega kif il-Partit Nazzjonalista mmexxi minn Simon Busuttil irnexxielu jnaqqas id-distakk minn mal-Partit Laburista bin-nofs. “Dan hu pass kbir ‘il quddiem għall-Partit Nazzjonalista, li qed jaħdem biex jerġa’ jakkwista l-fiduċja tal-poplu Malti,” qal Manfred Weber.
Iċ-Chairman tal-EPP faħħar it-tmexxija ta’ Simon Busuttil u temm jgħid li hemm ċans kbir li Simon Busuttil ikun il-Prim Ministru l-ġdid ta’ Malta.
//= $special ?>