Lokali

Il-President iżżur il-kamra mortwarja u ssellem l-24 katavru li ttellgħu mill-baħar

Dalgħodu l-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca żaret il-kamra mortwarja fl-isptar Mater Dei fejn bħalissa hemm l-24 katavru tal-immigranti li għerqu fit-traġedja f’nofs ta’ baħar.

Il-kamra mortwarja bħalissa hija mimlija bukketti tal-fjuri wara li lbieraħ il-Kap Eżekuttiv tal-Isptar Mater Dei Ivan Falzon ħa inizjattiva u għamel appell personali fuq Facebook biex b’solidarjeta’ jintbagħtu bukketti tal-fjuri fil-Kamra Mortwarja.

Ilbieraħ f’Malta ddaħħlu 24 katavru li kienu nvoluti fit-traġedja tal-aħħar jiem. Qed jingħad li f’dan l-inċident mietu aktar minn 900 persuna, ‘il hinn minn Lampedusa.

OPR_21042015_02