Rapporti mill-Istati Uniti qed jgħidu li t-tifla tal-mibkija kantanta Whitney Houston ‘fetħet għajnejha’ għall-ewwel darba fi tliet xhur u wara li hi kienet instabet mitlufa minn sensiha ġo kamra tal-banju, fir-residenza tagħha.
Sadanittant, l-avukati tal-kantant Bobby Brown – missier Bobbi Kristina Brown – qalu li hu ried jiċċara l-kummenti li għamel dwar il-kundizzjoni ta’ bintu waqt kunċert fi tmiem il-ġimgħa.
Mifhum li l-kundizzjoni ta’ Bobbi Kristina ‘tjiebet’ iżda hu wkoll fatt li hi ‘għadha qed tibda proċess twil ta’ rijabilitazzjoni’. Stqarrija mill-avukati qalet ukoll li ‘l-kwalita tal-ħajja ta’ Bobbi Kristina m’għandhiex tkun magħrufa qabel jgħaddu s-snin’.
Bobbi Kristina hi l-unika tifla ta’ Bobby Brown u Whitney Houston li, fi Frar tal-2012, kienet għerqet ġol-banju ta’ lukanda minn kawżi aċċidentali. It-traġedja seħħet qabel kellha ssir il-Premjazzjoni tal-Grammys f’Beverly Hills, fil-belt ta’ Los Angeles.
//= $special ?>