Mara ta’ 35 sena residenti ż-Żejtun ma sofriet l-ebda ġrieħi wara li siġra tqaċċtet u waqgħet fuq il-vettura tagħha.
L-inċident seħħ it-Tlieta filgħaxija għall-ħabta tas-sitta neqsin għoxrin fi Triq ix-Xatt, il-Pieta`.
Minn stħarriġ tal-Pulizija rriżulta li trailer tat-tip Daf li kien qed jinstaq fid-direzzjoni lejn il-Belt Valletta minn ġuvni ta’ 28 sena residenti Ħal Qormi, għal xi raġuni laqat siġra.
Konsegwentement is-siġra tqaċċtet u waqgħet fuq il-vettura tal-għamla Honda Accord li kienet misjuqa mill-mara. Fortunatament il-mara ma sofriet l-ebda ġrieħi għalkemm il-vettura ġarrbet diversi ħsarat.
//= $special ?>