Lokali

Mixja bix-xemgħat b’tifkira għall-vittmi tal-Mediterran

Għada filgħaxija se ssir mixja siekta sabiex jitfakkru il-mijiet ta’ vittmi tat-traġedji li seħħew fil-baħar Mediterran fl-aħħar jiem.

Il-Mixja tibda minn żewġ postijiet, minn ħdejn l-ITS f’Pembroke fis-6.30 p.m. jew minn Spinola, ħdejn il-monument “Love” fis-6.45 p.m. u tispiċċa ħdejn it-Torri f’Tas-Sliema, fejn hemmhekk se jitpoġġew ix-xemgħat u jiffurmaw il-kliem “All lives matter” (Kull ħajja hija prezzjuża). Se jipoġġew fjuri fil-baħar bħala sinjal ta’ rispett.

L-organizzaturi qalu li l-għan ta’ din il-mixja hu sabiex jintbagħat messaġġ mhux politiku lill-mexxejja u lill-popli madwar id-dinja sabiex tittieħed azzjoni u tinstab soluzzjoni. Din mhux protesta imma azzjoni paċifika sabiex ma jintilfux iktar ħajjiet fl-ibħra ta’ madwarna.

Kulħadd hu mistieden biex jattendi u jġib miegħu xemgħat, fjuri u banners bil-kitba #all lives matter. Għal iktar informazzjoni, wiehed jista’ jċempel fuq 79252098 jew email fuq erika.r.borg@gmail.com