Il-grupp Panta Lesco se jkeċċi l-ħaddiema fil-ġranet li ġejjin. Sorsi qrib il-grupp qalu li se jitneħħew madwar 70 ħaddiem minħabba li lill-grupp naqsulu l-ordnijiet.
Il-grupp Panta Lesco jaħdem fil-qasam ta’ servizzi tal-bini u jispeċjalizza f’servizzi ta’ inġinerija mekkanika u installazzjonijiet elettriċi, tal-ilma u liftijiet. Sal-lum iħaddem madwar 260 persuna.
B’reazzjoni għal din l-aħbar, il-kelliem tal-Oppożizzjoni għan-Negozji ż-Żgħar u s-Self Employed Robert Arrigo, filwaqt li esprima solidarjeta’ mal-ħaddiema u l-familji tagħhom, appella lill-Gvern biex jieħu azzjoni u jindirizza s-sitwazzjoni mill-aktar fiss possibbli.
//= $special ?>