Lokali

“Stajt kont jien li għeriqt fil-Mediterran” – Sunday Moses

Fis-7 ta’ Awwissu 2013 dehret Malta fuq l-orizzont, u magħha t-tama għal grupp ta’ 86 persuna li ħallew il-Libja u qattgħu erbat’ijiem fuq il-baħar.

Fid-dawl tat-traġedji tal-aħħar jiem, iltqajna ma’ Sunday Moses, refuġjat żgħażugħ min-Niġerja li ma kellux triq oħra ħlief li jħalli pajjiżu.