Lokali

Titressaq il-Qorti akkużata b’serq

Mara ta’ 30 sena, Mary Anne Borg residenti l-Imtaħleb, tressqet b’arrest fil-Qorti u ġiet akkużata li fit-12 t’April 2015 ġewwa r-Rabat (Malta) ikkommettiet serq ta’ ammont ta’ mhux iktar minn €70 għad-detriment ta’ żewġ nisa u iktar talli b’mezz kontra l-liġi, għamlet użu ta’ ismijiet foloz, jew billi nqdiet b’qerq ieħor, sabiex iġġiegħel titwemmen l-eżistenza ta’ intraprizi foloz, għamlet qligħ ta’ €10 għad-dannu tal-istess żewġ vittmi.

Mary Anne Borg kienet akkużata wkoll li għamlet reat waqt perjodu ta’ probation, liema probation ġiet imposta fuqha nhar il-11 ta’ Lulju 2014 u aktar talli saret reċediva, fost akkużi oħra.