Lokali

Entitajiet Maltin juru sogħba għat-traġedja fil-Mediterran

L-organizzazzjoni li tiġbor l-entitajiet kollha li jaħdmu fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem (PHROM) uriet is-sogħba tagħha għat-traġedja tal-aħħar jiem fil-baħar Mediterran.

PHROM estendiet il-kondoljanzi tagħha lill-qraba u lill-ħbieb ta’ dawk li tilfu ħajjithom waqt li faħħret l-isforzi ta’ tiftix u ta’ salvataġġ li qed jagħmlu l-awtoritajiet biex iħarsu d-dritt għall-ħajja ta’ persuni f’diffikultà.

Fl-istess ħin, l-organizzazzjoni appellat għal iktar ħidma kollettiva urġenti u għal solidarjetà bil-għan li ma jintilfux iktar ħajjiet.

PHROM tiġbor lill-fondazzjoni aditus, African Media Association Malta, Amputees4Amputees, Breaking Limits, Deaf People Association (Malta), Din l-Art Ħelwa, Foundation for Shelter and Support to Migrants, Fondazzjoni mid-Dlam għad-Dawl, Inspire Foundation Malta, Integra Foundation, Jesuit Refugee Service, KSU, Libya Foundation for Rehabilitation, Malta Gay Rights Movement, Malta Humanist Association, PRISMS, Organisation for Friendship in Diversity, Richmond Foundation, SOS Malta, Troupe 18:45, UpBeat Music House, Victim Support Malta, We Are, Why Not?, Women’s Rights Foundation u YMCA Homeless.