Familja ta’ sitta, magħmula mill-omm, il-missier u erbat itfal, ġiet arrestata fit-Turkija fuq suspett li riedu jidħlu fis-Sirja biex jingħaqdu mat-terroristi tal-Istat Iżlamiku.
Il-missier, Asif Malik ta’ 31 sena, kien qed jiġi segwit mill-Pulizija Ingliża minħabba li kemm-il darba wera simpatija qawwija ma’ Iżlamisti radikali fl-Ingilterra.
Qraba tal-familja fl-Ingilterra għamlu rapport lill-Pulizija meta s-sitta li huma ma dehrux iktar għal xi jiem, bil-biża’ tagħhom kien li l-missier ried jieħu lill-familja kollha għall-“gwerra qaddisa” fis-Sirja. Fil-fatt, il-familja ġiet arrestata fit-Turkija. Asif Malik ħa miegħu lil martu Sara Kiran, ta’ 29 sena, u lill-erbat uliedhom li huma tifla ta’ 7 snin u tliet subien, ta’ 4 snin, sentejn u sena.
Fi tmiem il-ġimgħa dehru jaqsmu minn Dover fl-Ingilterra lejn Franza permezz tal-vapur, fejn il-Pulizija Ingliża sabet filmati minn kameras tas-sigurtà.
//= $special ?>