Kamra mortwarja mimlija fjuri b’solidarjeta mal-vittmi tat-traġedija li fiha għerqu mijiet ta’ immigranti fl-ibħra Libjani fl-aħħar ġranet.
Traġedja li xxukkjat lid-dinja u li quddiem l-komunita’ internazzjonali qed tistenna azzjoni.
Malta, l-Italja u l-Grecja huma l-iktar tliet pajjiżi milqtua mill-immigrazzjoni rregolari fil-mediterran u quddiem il-problema l-impenn ta’ Malta hu li tinqata din l-attivita kirminali tat-traffikar tan-nies minn kriminali organizzati.
Waqt iż-żjara li għamel fil-kamra mortwarja tal-isptar Mater Dei fejn ta’ ġieh lill-vittmii tal-aħħar tragedja umana, il-Ministru tal-Intern Carmelo Abela qal li l-Gvern Malti jemmen fil-ħtieġa ta’ mandat biex jittieħdu l-azzjonijiet.
Il-ħidma tal-Forzi Armati Maltin quddiem l-immigrazzjoni rregolari hi waħda kontinwa li ilha għaddejja snin twal.
Minkejja dawn l-ammonti salvati d-diżappuntati ma jonqosux.
Il-Logotonent Mark Mercieca kien fuq il-post tat-traġedja fl-ibħra Libjani.
Fuq il-post f’nofs ta’ baħar id-dgħajsa kienet għerqet setgħu jinġabru biss il-fdalijiet.
F’tinda barra Mater Dei se jsiru s-servizzi funebri tal-immigranti li tilfu ħajjithom se tkun l-aħħar tislima lil ftit mill-vittmi ta’ din il-wahda mill-ikbar traġedji li seħħu fil-Mediterran. Baħar li sar ċimiterju ta’ persuni li jsalpaw fih biex jaħarbu mit-tortura, il-gwerer u wkoll biex isibu ħajja aħjar għalihom u l-familji tagħhom.
//= $special ?>