Lokali

F’Iswed fuq l-Abjad jiddiskutu s-sitwazzjoni fil-Mediterran u r-riżultat tal-Elezzjoni tal-Kunsilli Lokali

L-immigrazzjoni rregolari u t-traġedji li qed iseħħu fil-Baħar Mediterran se jkunu fuq l-aġenda tal-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca u tal-Kap tal-Oppozizjzoni Simon Busuttil. Hekk qalu l-mexxeja tal-pajjiż waqt il-programm tal-lejla Iswed fuq l-Abjad li se xxandar fuq Net Television.

Waqt il-programm il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca tagħmel dikjarazzjoni qawwija fil-konfront tal-persuni li qed idawru wiċċhom quddiem it-traġedji tal-immigranti fil-Mediterran. Filwaqt li l-Kap tal-Oppozizzjoni Simon Busuttil tkellem dwar il-proposti li għandha quddiema l-UE biex effettivament tkun miġġielda l-immigrazzjoni rregolari.

Tul il-programm li huwa mmexxi minn Frank Psaila, ġie diskuss wkoll ir-riżultat tal-Elezzjoni tal-Kunsilli Lokali.