Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Ħarsa lejn il-ġurnali li ħarġu llum l-Erbgħa, 22 ta’ April.

In-Nazzjon b’rapport fuq xi parks tal-annimali li m’għandhomx permess u storja dwar transfers vendikattivi lil ħames suldati Għawdxin lejn Malta. Jirrapporta wkoll qbil dwar 10 punti mit-28 Ministru tal-Affarijiet u Intern tal-Unjoni Ewropea fuq l-Immigrazzjoni.

Il-ġurnal l-Orizzont b’rapport dwar kif ftit sigħat qabel jibda Summit tal-Unjoni Ewropea dwar l-Immigrazzjoni, l-Ewropa qed tiffaċċja sitwazzjoni ħafna aktar kumplessa milli wieħed jimmaġina għax fil-Libja t-traffikar tal-immigranti sar “ekonomija”.

Il-gazzetta Maltatoday tirraporta fil-faccata “Italy, Malta push for EU operation targeting people smugglers”. Storja dwar l-10 punti li qablu dwarhom il-Ministri tal-Unjoni Ewropea fuq l-Immigrazzjoni u s-Summit Ewropew ta’ għada.

The Times of Malta jirrapporta dwar it-traġedja fil-Mediterran u jgħid li fost il-katavri li nġiebu Malta kien hemm żagħżugħ li ma kellux aktar minn 14-il sena.

The Malta Independent bl-istorja ewlenija bit-titlu “Migrant deaths could top 30,000 this year”. Storja oħra rrappurtata bi prominenza hi li l-eks President tal-MUMN Paul Pace mistenni jibda jmexxi Skola tan-Nursing ibbażata fil-konfini tal-Isptar San Luqa.