Il-Ministru tal-Intern Carmelo Abela esprima opinjoni favur il-proposta li l-Unjoni Ewropea timpenja Qawwa Navali fil-Mediterran biex issalva l-ħajjiet tal-imigranti u twaqqaf it-taffikar illegali tan-nies. Dan jista’ jsir billi l-Unjoni Ewropea tuża’ riżorsi navali li bħalissa għandha impenjati f’postijiet bħas-Somalja.
Il-Ministru Carmelo Abela għamel din id-dikjarazzjoni meta dalgħodu żar il-Kamra Mortwarja fl-Isptar Mater Die u żar il-vittmi tal-aħħar traġedja fil-Mediterran. Il-Ministru Abela qal li s-servizzi funebri tal-immigranti se jsiru għada.
Carmelo Abela qal li dan hu mument importanti, li fih iridu jittieħdu d-deċiżjonijiet dwar l-immigrazzjoni irregolari fil-Mediterran.
Aktar dettalji dalwaqt …
//= $special ?>