L-issues tal-istudenti fl-Università ta’ Malta kienu diskussi mal-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil f’laqgħat informali li kellu ma’ studenti u b’mod partikolari mal-Kandidati li se jikkontesaw l-elezzjoni għall-Kunsill Studenti Universitajri (KSU) f’isem l-SDM u l-għaqda Pulse.
Bħalissa, fuq il-Kampus tal-Università għaddejja l-kampanja għall-elezzjoni, li fiha l-istudenti jagħżlu r-rappreżentanti tagħhom fil-KSU. Għal din l-okkażjoni, il-Kap tal-Oppożizzjoni żar l-istands tal-SDM u tal-Pulse, filwaqt li tkellem mal-Kandidati dwar l-issues li l-aktar qed jiltaqgħu magħhom l-istudenti bħalissa fl-Università.
Fost it-temi diskussi mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien hemm l-aċċessibbiltà, sistma ta’ park and ride għall-istduenti, il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fl-għaqdiet universitarji, it-trasport, il-fondi u l-politika soċjali.
Filwaqt li l-istudenti spjegaw l-impenn tagħhom li jsaħħu l-istudji waqt li jgħinu fit-titjib tal-ħajja tal-istudenti, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil iffoka wkoll fuq ir-riċerka u l-innovoazzjoni, kif ukoll dwar temi nazzjonali li jolqtu lill-istudenti.
Matul iż-żjara, Simon Busuttil kien akkumpanjat mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Gvern Lokali, iż-Żgħażagħ u Sport David Agius.
//= $special ?>