Sezzjonijiet mill-midja qegħdin jirrapurtaw li Transport Malta ħarġet messaġġ ta’ twissija minħabba bastimenti armati perikolużi fin-nofsinhar ta’ Malta.
It-twissija tapplika biss għal dawk li jmorru viċin il-kosta tal-Libja. M’hemmx għalfejn allarm żejjed. Is-sitwazzjoni qrib il-kosta Libjana ilha inċerta.
In-Nato tħeġġeġ bastimenti jagħmlu ‘risk assesment’ serju qabel jgħaddu mill-inħawi u biex jgħaddu minn hemm f’ħin qasir u b’attenzjoni. Il-messaġġ ġie mtenni f’Malta wara l-inċident tal-ġimgħa l-oħra fejn skuna Taljana inħatfet lil hinn mill-kosta Libjana.
Il-‘Malta Hydrographic Office’ fi ħdan Transport Malta wassal din l-informazzjoni għas-sigurta’ marittima bħala parti mill-obbligi internazzjonali tiegħu taħt il-Konvenzjoni SOLAS. L-uffiċju għandu l-obbligu li jwassal dawn il-messaġġi.
//= $special ?>