Internazzjonali

L-ISIS l-ikbar għadu tar-Russja

Dimitri Lavrov, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Russu, stqarr li l-ISIS u mhux l-Istati Uniti hu l-akbar għadu tar-Russja.
Hu qal dan waqt intervista konġunta mill-istazzjonijiet tar-radju Russi meta kien mistoqsi x’kienet l-akbar theddida għar-Russja bħalissa. Dan hekk kif ir-relazzjonijiet bejn ir-Russja u l-Istati Uniti u l-bqija tal-Punent jinsabu fl-agħar livell minn mindu spiċċat il-Gwerra l-Bierda, b’mod partikulari minħabba l-kunflitt fl-Ukrajna.
Hu qal li r-Russja kien qed ikollha l-istess problemi ta’ pajjiżi oħra bin-nies tal-ISIS, hekk kif diversi Russi marru jiġġieldu mal-grupp Iżlamiku u issa xi wħud minnhom bdew jippruvaw jerġgħu lura r-Russja biex iwettqu l-attakki hemm ukoll.
Dwar il-problemi mal-Istati Uniti, hu qal li dawn kienu affarijiet ta’ bejn il-pajjiżi li jsibu s-soluzzjoni tagħhom permezz ta’ taħditiet bejn iż-żewġ naħat.