Il-Union tal-Ħaddiema tal-Banek (MUBE), fi stqarrija, qalet li pproponiet li ssir medjazzjoni mal-Management tal-Bank HSBC. Dan wara li negozjati bejn iż-żewġ partijiet fuq kundizzjonijiet għall-haddiema għadhom ma wasslu għall-ebda konklużjoni. L-MUBE sostniet li l-intenzjoni tagħha hi li jintlaħaq ftehim amikevoli.
L-MUBE qalet li għamlitha ċara mal-Management li mhux interessata terġa’ tiftaħ in-negozjati, iżda li ssolvi d-differenzi. Qalet li hu inkwetanti li l-Bank ressaq proposti li jerġgħu jqajjmu temi li l-MUBE kienet mill-ewwel qalet li ma taqbilx magħhom qabel bdew in-negozjati f’Ottubru 2013. Tenniet li qed tissuġġerixxi li ssir medjazzjoni għall-ġid tal-istakeholders kollha nvoluti.
//= $special ?>