Il-bini tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni fil-Furjana kellu jiġi evakwat wara rapport ta’ theddida ta’ bomba.
Mill-ewwel informazzjoni li għandu MaltaRightNow.com jirriżulta li għall-ħabta tat-3.15pm, il-Pulizija rċeviet informazzjoni anonima li fil-post jista’ jkun hemm bomba.
Kif inhi l-prassi, l-awtoritajiet ħadu ħsieb jevakwaw il-post immedjatament sakemm issir tfittxija mal-bini kollu u jkun assigurat li l-post hu sikur.
It-tfittxija għadha għaddejja.
Aktar dettalji kif jaslulna …
(Ritratt: mill-Arkivji)
//= $special ?>