Lokali

Ajruplan tal-Air Malta kellu jerġa’ jdur ’il fuq hu u nieżel fi Vjenna

Ajruplan tal-Air Malta llum kellu jerġa’ jitla’ fl-għoli hekk kif kien kważi niżel fuq ir-runway fi Vjenna.

Skont il-linja nazzjonali tal-ajru, il-passiġġieri ma kienu fl-ebda ħin f’periklu u li din hi proċedura normali u mhux straordinarja f’ajruporti kbar li jkollhom ħafna titjiriet.

Fl-istess ħin, l-Air Malta uriet id-dispjaċir tagħha għall-inkonvenjent li ħolqot lill-passiġġieri fuq it-titjira KM514.