Lokali

Dewmien ta’ aktar minn siegħa u nofs biex tiġi tal-linja fuq rotta speċjalizzata

Numru ta’ studenti Universitarji dalgħodu kellhom jaslu tard għal-Lectures wara dewmien ta’ aktar minn siegħa biex waslet il-karozza tal-linja li kellha twassal il-Kampus tal-Università. Minn informazzjoni li għandu MaltaRightNow.com jirriżulta li r-rotta tal-9.45am bin-numru X1 damet mill-anqas siegħa u nofs.

Persuni li kienu fuq il-Bus Stop u li bagħtulna dan ir-ritratt qalu li fost il-persuni li kienu qed jistennew semgħu tgergir dwar appuntamenti l-Isptar li tilfu minħabba d-dewmien. Oħrajn qalu li kienu se jispiċċaw jitilfu l-ajruplan u ma jafux x’se jaqbdu jagħmlu.