Il-vulkan ta’ Calbuco, fin-Nofsinar taċ-Ċile, żbroffa darbtejn fi kwistjoni ta’ sigħat u għall-ewwel darba wara għexieren ta’ snin.
Il-filmati li ttieħdu miz-zona urew l-iżbruffaturi tal-lava u l-ġmied qed ibewwġu fl-ajru, bl-awtoritajiet fil-madwar jiddikjaraw allert fuq livell massimu. Dan fost l-evakwazzjonijiet ta’ eluf ta’ nies mir-residenzi li jinsabu sa 20 kilometru ‘l bogħod mill-vulkan.
L-attivita ta’ dan il-vulkan issorprenda lill-uffiċjali fiz-zona, b’kelliema għall-awtoritajiet isostnu li ‘Calbuco ma kienx taħt xi osservazzjoni speċjali’.
//= $special ?>