Il-Prim Ministru ta’ Franza, Manuel Valls, qal li l-pulizija Franċiza, f’dawn l-aħħar xhur, irnexxielha trażżan hames kumplotti terroristiċi kontra pajjiżhom.
Fl-istess ħin, Valls sostna li t-theddida kontra Franza qatt ma kienet daqshekk għolja u li l-poplu Franċiż qatt qabel ma kellu jiffaċċja dan il-livell ta’ terroriżmu. Il-Prim Ministru, intant, kompla li mal-1,573 ċittadin jew residenti Franċiżi kienu implikati f’numru ta’ networks għal azzjonijiet terroristiċi, bl-awtoritajiet jaħsbu li talanqas 400 minn dawn in-nies jinsabu s-Sirja.
Valls spjega li l-knejjes fl-inħawi ta’ Villejuif, barra Pariġi, kellhom jisfaw mira tal-aħħar attakk li kienu qed jippjanaw l-aggressuri. Dan wara li raġel Alġerin kien arrestat nhar il-Ħadd b’konnessjoni mal-allegat pjan terroristiku. Ingħad li l-Alġerin kien spara għalih innifsu bi żball u fejn imbagħad kellu jsejjaħ għal ambulanza.
Franza żiedet is-sigurta fid-diversi bliet prinċipali tagħha wara l-attakki terroristiċi ta’ Jannar fuq il-kwartieri tal-ġurnal satiriku Charlie Hebdo u supermarket tal-Lhud, f’Pariġi, li ħallew sbatax maqtula.
//= $special ?>