L-Istati Uniti ammettiet li missjoni anti-terroristika li seħħet f’Jannar li għadda kienet swiet il-ħajja ta’ żewġ ostaġġi li kienu qed jinżammu mit-terroristi tal-Al-Qaida.
L-Amerikan, Warren Weinstein, u Giovanni Lo Porto, ċittadin Taljan, spiċċaw maqtula waqt ir-rejd fuq reġjun fil-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan.
Intant, mifhum li nqatlu wkoll żewġ Amerikani li jaħsbu li kienu membri ewlenin tal-Al-Qaida — b’wieħed minn dawn jitlef ħajtu b’konsegwenza tal-istess rejd.
Il-President Amerikan, Barack Obama, tkellem dwar il-każ tal-ostaġġi fil-White House u qal li ddispjaċih għal din it-telfa ta’ ħajja. Hu spjega li l-Istati Uniti mexxiet ir-rejd bil-fehma li l-qawwiet tagħha kellhom jattakkaw kumpless tal-Al-Qaida fejn ma kienx hemm preżenza ta’ ċivili.
Sadanittant, Obama assuma ‘r-responsabbilta sħiħa’ għall-azzjoni bħala l-Kap-Kmandant tal-qawwiet Amerikani.
//= $special ?>