L-Ewroparlamentari Laburista Alfred Sant, f’laqgħa tas-Soċjalisti u Demokratiċi fi Brussell, insista li l-immigrazzjoni hi problema ta’ sigurtà kif ukoll umanitarja.
Alfred Sant enfasizza li fiċ-ċirkustanzi ta’ bħalissa, id-dgħajjes kollha għandhom jiġu mblukkati u ma jitħallewx jitilqu mill-kosta Libjana.
Waqt li qal li l-mewta traġika ta’ 900 persuna xxukkjat lill-Ewropa kollha, Alfred Sant saħaq li l-Ewropa ma tistax tibqa’ tittama li tinstab soluzzjoni wara li jintlaħaq ftehim mal-partijiet kollha fil-Libja. Insista li d-dgħajjes m’għandhomx jitħallew jitilqu mill-kosta Libjana.
//= $special ?>