Lokali

Tajra protetta tinstab feruta b’tiri fil-Miżieb, ikollha titraqqad

Tajra protetta oħra ntlaqtet illegalment minn kaċċatur, hekk kif persuna li kienet miexja mill-inħawi tal-Miżieb sabet l-għasfur tat-tip Daqquqa Kaħla feruta fl-art.

Kawża tat-tir, it-tajra ma setgħetx ittir u sfortunatament kellha titraqqad.

Dan kien it-tielet każ irrappurtat f’disat’ijiem. Żewġ persuni kienu arrestati u tressqu l-Qorti b’rabta mal-ewwel żewġ każi, li seħħew il-ġimgħa li għaddiet.