L-Oppożizzjoni tesprimi t-tħassib tagħha għall-aħbar li l-kumpanija privata PantaLesco se tkeċċi 70 ħaddiem. Din hi aħbar ta’ niket, b’mod speċjali meta wieħed jiftakar li minn dawn is-70 post tax-xogħol, jgħixu 70 familja.
Fi stqarrija, ix-Shadow Minister għall-Edukazzjoni u l-Impjiegi Therese Comodini Cachia u l-Kelliem għax-Xoghol, ir-Relazzjonijiet Industrijali u d-Drittijiet tal-Ħaddiema Carm Mifsud Bonnici qalu li l-Gvern għandu jintervjeni, b’metodi simili bħalma kien jagħmel Gvern Nazzjonalista, biex jassigura li dawn is-70 ħaddiem ma jispiċċawx mingħajr il-ħobża ta’ kuljum. L-Oppożizzjoni sostniet li lesta tagħti l-appoġġ kollu tagħha biex dawn l-impjiegi jiġu salvati.
Min-naħa tiegħu, il-Gvern fi stqarrija qal li beda taħditiet mal-kumpanija u spjega kif il-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ (ETC), flimkien mad-Dipartiment tax-Xogħol u r-Relazzjonijiet Industrijali, se jkomplu b’aktar taħditiet mal-Management ta’ PantaLesco u mat-trejdunions fil-jiem li ġejjin bl-iskop li jgħinu b’kull mod possibbli.
//= $special ?>