Il-mexxejja politiċi tal-pajjiż appellaw lill-unions Maltin biex ma jesklawx il-kofrontazzjoni bejniethom għaliex tikkaġuna ħsara lill-ħaddiema. Is-soluzzjonijiet għandhom jinstabu madwar il-mejda.
Is-sitwazzjoni preżenti fix-xogħol f’Malta kienet tratta mill-Prim Ministru Joseph Muscat, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil u miċ-Chairman ta’ Alternattiva Demokratika Arnold Cassola meta indirizzaw il-Konferenza Ġenerali Forum Unions Maltin.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar il-problema tax-xogħol fost iż-żgħażagħ u qal li l-Garanzija Żgħażagħ qed tħalli riżultati pożittivi tant li kien hemm 3000 żagħżugħ u żagħżugħa li daħlu fid-dinja tax-xoghol.
Dwar is-70 haddiem li tilfu postijiet mill-kumpanija Panta Lesco, il-Prim Ministru qal li l-gvern se jimxi fuq il-passi tal-gvern preċedenti u jidħol direttament bl-ETC biex jinstab xogħol alternattiv f’setturi simili ghal dawn il-ħaddiema.
Simon Busuttil tkellem dwar l-importanza li l-postijiet tax-xogħol li jinholqu jkunu ta’ kwalità u f’setturi ġodda. Filwaqt li semma E2.2 biljun li Malta kiseb mill-UE sal-2020, il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li dawn huma fondi li għandhom iwassalu għall-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità u innovattivi. Hu spjega kif permezz ta’ dawn il-fondi l-pajjiż investa f’toroq ġodda, fl-interconnector u fl-isptar għall-kura tal-kanċer.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni tratta l-problema tax-xogħol prekarju u kif nofs l-impjiegi li qed jinħolqu qed joħduhom ħaddiema barranin.
Simon Busuttil tkellem dwar ir-rata ta’ żieda fil-pagi u qal li skont il-Labour Force Survey qed tonqos ir-rata li biha tiżdied il-paga. Hu spjega kif taħt gvern Laburista l-paga żdiedet bi E3.50 fil-ġimgħa waqt li taħt gvern nazzjonalista l-pagi kienu jiżdiedu b’E10 fil-ġimgħa.
Jirriżulta li bejn l-2008 u l-2013 il-labour force survey kjien juri żieda ta’ E500 fis-sena fil-paga u dan kien iseħħ meta internazzjonalment kien hawn kriżi.
It-twegiba tal-Prim Ministru dwar il-kwisjtoni tal-Labour Fore Survey kienet li għall-gvern l-importanti mhux kemm tingħata żieda izda kemm il-haddiem qed jibqgħalu fil-but. Skont il-Prim Ministru, l-ispending power tal-familji Maltin żdied.
Ic-Chairperson tal-Alternattiva Demokratika Arnold Cassola tkellem dwar l-importazna li jonqsu l-konflitti bejn il-unions Maltin u qal li kwistjonijiet dwar shubija m’ghandhomx iwasslu ghal azzjonijiet industrijali.
Filwaqt li appella biex issir hidma lejn it-twaqqif tat-trade union council, Arnold Cassola appella wkoll biex ikun hemm rikonoxximent doppju ta’ unions fuq il-post tax-xogħol u ma tibqax sistema ta’ union waħda li tkun rikonoxxuta.
//= $special ?>